Fl-aħħar ġimgħat kien hemm numru kbir ta’ pazjenti li ddaħħlu l-emerġenza bi ksur u għaldaqstant dan kellu effett fuq l-operazzjonijiet li jkunu skedati b’appuntament u li madanakollu dawn jiġu riskedati għal data oħra mingħajr dewmien biex tkun tista’ ssir tali operazzjoni.
Dan ammettieh il-Ministru Jo Etienne Abela fi tweġiba li ta fil-Parlament għal interpellnza li ressaq id-Deputat Nazzjonalista Ian Vasssallo.
Ian Vassallo staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jgħid għaliex f’dawn l-aħħar ġranet – bidu ta’ Ġunju – kien hemm ammont kbir ta’ operazzjonijiet ta’ ortopedija skedati li ġew ikkanċellati lejliet li kellhom isiru, u kemm kien hemm pazjenti fl-Isptar Mater Dei li minkejja l-urġenza, damu ħafna biex saritilhom il-proċedura meħtieġa.
Il-Ministru Abela żied li meta jkun hemm numru ta’ aċċidenti fejn persuni jiddaħħlu b’emerġenza, l-isptar jara li jkun qiegħed jagħti l-kura meħtieġa lil dawn il-persuni. Meta n-numru jkun akbar min-normal, jista’ jkun hemm istanzi fejn ikollhom jitħassru xi operazzjonijiet.
//= $special ?>