Kien evidenti s-sens ta’ sodisfazzjon fuq wicc id-Deputat Toni Bezzina, wara deciżjoni importanti mogħtija mill-Awtorita tax-Xandir – deċiżjoni li kkundannat lis-Super One, wara xhur sħaħ ta’ fake news li xandru dwar l-istess Toni Bezzina.
Ma’ Net News, id-deputat Nazzjonalista fakkar kif il-One lanqas biss kellhom diċenza ixandru dak li qal il-Kummissarju tal-Istandards.
U issa, il-Bord tal-Awtorità tax-Xandir ordna lill-istazzjon tal-Labour ixandar rappurtaġġ dwar l-eżitu ta’ din id-deċiżjoni tal-Kummissarju għall-Istandards li ma sab ebda ksur ta’ etika minn naħa tax-Shadow Minister Toni Bezzina – meta kienu ivvintaw qlajja li ma jmux għax-xogħol.
L-Awtorità tax-Xandir saħqet li l-Kamra tal-Aħbarijiet tas-Super One hija obbligata tinforma lill-pubbliku bl-eżitu tal-kwistjoni; iżda naqset milli tagħmel dan.
Toni Bezzina kien assistit mill-avukati Michael Piccinino u Alex Perici Calascione.
//= $special ?>