Lokali Parlament

Liġi għall-ħaddiema li jwettqu xogħlhom

Claudette Buttigieg, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li l-liġi dwar protezzjoni lill-ħaddiema taċ-Ċivil hi liġi għall-ħaddiema li jwettqu xogħlhom.

Claudette Buttigieg tkellmet dwar l-aspett amministrattiv u qalet li fil-parlament, il-Prim Ministru daħal f’narrattiva ta’ kritika għall-PN fuq negattività meta allega li l-PN irid jagħmel il-ħsara. Hi sostniet li hemm sitwazzjonijiet li fihom il-gvern stess idaħħal lill-ħaddiema tal-gvern f’sitwazzjonijiet diffiċli. Din il-liġi qiegħda hemm għal dawk il-ħaddiema li jwettqu xogħlhom iżda li jagħmlu żball ġenwin bla ma jkunu wettqu korruzzjoni jew irregolarijiet kirminali.

Claudette Buttigieg qalet li l-ħaddiem tal-gvern li jieħdu d-deċiżjonijiet għandhom isibu r-rispett. Hi kompliet li l-Prim Ministru kien assurd meta qal li l-liġi hi biex ikun hemm protezzjoni mill-Oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet fuq l-aċċess għall-informazzjoni u s-saħħa li għandu jkollu ċ-ċittadin għax iċ-ċittadin għandhom dritt ikunu jafu l-verità kollha. Jeħtieġ li l-uffiċjali taċ-Ċivil jieħu d-dċiżjonijiet meħtieġa anki jekk din tkun le għall-ministru, sostniet Claudette Buttiigieg.