Lejlet l-ewwel logħba tal-istaġun 2025/26 fl-Ewropa għal Birkirkara kontra FC Petrocub Hincesti f’Ta’Qali, illejla fil-konferenza stampa ta’ qabel din il-logħba, il-kowċ tal-Istripes, Stefano D’Angelis kien ċar: “Se noħorġu nilgħabu biex nirbħu.”
Il-kowċ Taljan faħħar il-ħidma tal-grupp ta’ plejers, li wara t-tmiem tal-istaġun li għadda kellu numru ta’ bidliet importanti f’diversi dipartimenti tal-pitch.
“Ninsabu fiduċjużi b’dan il-grupp ta’ plejers, li għandhom il-kwalitajiet kollha meħtieġa biex jilħqu l-objettivi mixtieqa mit-tim f’dan ir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League. Sintendi, bħal kull logħna oħra f’kompetizzjoni Ewropea, dik ta’ għada kontra l-avversarji mill-Moldova mhux se tkun faċli, nafu li se nilgħabu f’dahrna u se nkunu qed nagħtu l-massimu tagħna biex nilħqu l-għan tagħna,” saħaq il-kowċ Taljan ta’ Birkirkara, D’Angelis.
Waqt din l-istess konferenza stampa tkellem ukoll il-captain ta’ Birkirkara, Alex Satariano fejn saħaq li dan il-grupp ta’ plejers ġdid ta’ Birkirkara, wara staġun iebes u missielet, ħadem ħafna tul il-pre-season kollu biex ikun fl-aħjar kundizzjoni tiegħu għal din l-ewwel logħba mill-ewwel rawnd tal-UEFA Conference League kontra FC Petrocub Hincesti.
“Aħna kunfidenti fl-abbiltajiet tagħna. Nafu li se nilgħabu kontra tim b’saħħtu iżda nafu ukoll x’aħna kapaċi nagħmlu meta nkunu flimkien bħala tim wieħed. Il-partitarji tagħna se jkollhom rwol kruċjali biex jgħinuna nimxu’ l quddiem,” qal Satariano.
//= $special ?>