PSG …………………. 4
R.Madrid ………… 0
PSG: G.Donnarumma, A.Hakimi, Maqruinhos, L.Beraldo, N.Medes, J.Neves, Vitinha, F.Ruiz, D.Doue, O.Dembele, K.Kvaratskhelia
Real Madrid: T.Courtois, F.Valverde, R.Asencio, A.Rudiger, F.Garcia, A.Guler, A.Tchouameni, J.Bellingham, Vinicius Jr, G.Garcia, K.Mbappe
Referee: S.Marciniak
Fi New Jersey PSG għal darb’oħra dan l-istaġun urew il-qawwa tagħhom meta din id-darba għelbu lil Real Madrid bl-iskor ta’ 4-0, fit-tieni semi finali tal-FIFA Club World Cup. B’hekk issa se jkunu qed jaffrontaw lil Chelsea fil-finali tal-Ħadd li ġej, fejn se jkunu qed jittamaw li jżidu titlu ieħor ma’ dak li rebħu ftit ġimgħat ilu, dak tal-UEFA Champions League.
F’dik li dehret wirja identika għal finali kontra Inter, PSG kienu dominanti għall-aħħar speċjalment fl-ewwel 20 minuta tal-partita, b’Real Madrid u l-kowċ Xabi Alonso ftit li xejn ikollhom risposti għall-attakki ta’ PSG.
PSG fetħu l-iskor fis-6 minuta meta kien Ousmane Dembele li approfitta fuq nuqqas ta’ Asencio, bil-ballun jispiċċa f’saqajn Fabian Ruiz li mill-viċin xeħet wara Courtois għal 1-0. It-tieni gowl wasal tliet minuti wara meta din id-darba kien Antonio Rudiger li minn żball difensiv ġab lil Ousmane Dembele waħdu mal-goalkeeper li kkonkluda fil-baxx għal 2-0.
It-tielet gowl wasal fl-24 minuta meta minn kontrattakk veloċi Hakimi żmarka lil Ruiz li fil-kaxxa bil-kalma. Xeħet wara Courtois għal 3-0. Ir-raba’ gowl wasal fis-87 minuta mis-sostitut Goncalo Ramos.
//= $special ?>