Lokali Parlament

85 unit f’Għawdex mikrija mill-Gvern lill-Maltin u erbgħa lil barranin

85 minn 117-il unit f’Għawdex huma mikrija bħala akkomodazzjoni soċjali lill-Maltin, 28 huma mikrija lil persuni mwielda f’Għawdex u erba’ units oħra huma mikrija lil persuni barranin.

Din l-informazzjoni nagħtat fil-Parlament mill-Ministru Roderick Galdes fil-Parlament meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa dwar kemm-il appartament, binja, jew unit f’Għawdex, inkera mill-privat biex jintuża bħala akkomodazzjoni soċjali u kemm mill-inkwilini huma Għawdxin, kemm huma Maltin u kemm huma barranin.