Lokali

Agius Saliba jastjeni milli jivvota – Bajada u Attard jivvotaw favur Von der Leyen

Alex Agius Saliba astjena milli jivvota favur jew kontra fil-konfront tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen.

Dan ifisser li l-MEP Laburista kien l-unika Membru Parlamentari Ewropew Malti li ma vvotax favur Von der Leyen, hekk kif saħansitra l-MEPs Daniel Attard u Thomas Bajada vvotaw favuriha. Dan ifisser li lanqas l-MEPs tal-Partit Laburista anke hawn ma qablux bejniethom.

Ursula Von der Leyen għelbet mozzjoni ta’ sfiduċja b’mod mill-aktar komdu b’360 kontra 175 vot.

Madanakollu 18 minnhom astjenew – fosthom id-Deputat Mexxej Laburista Agius Saliba.

Agius Saliba saħaq li qatt ma setgħa jagħti vot ta’ fiduċja lil Von der Leyen – partikolarment minħabba l-pożizzjoni li ħadet b’rabta mal-Lvant Nofsani….madanakollu ironikament ma kellux il-kuraġġ li jivvota kontriha…u għażel li jibqa’ gallarija għaliex skont hu dan il-vot kien xprunat mill-estremisti.

Huwa insista li d-direzzjoni politika tal-President tal-Kummissjoni Ewropea hija differenti ħafna mill-Ewropa li jixtieq jara hu

Għaldaqstant dan ifisser li minn kliemu stess wieħed jasal għal konklużjoni li Thomas Bajada u Daniel Attard ma jaqblux mal-pożizzjoni ta’ Agius Saliba…tant li mhux talli taw il-vot tagħhom u ma baqgħux gallarija bħalu….talli vvotaw favur Von der Leyen u d-direzzjoni politika tal-EPP.