Lokali Parlament

Aktar minn 150 bl-HIV/AIDS mis-sena li għaddiet sal-lum

122 persuna ġew dijanjostikata bl-HIV/AIDS matul l-2024 u 31 sa nofs din is-sena, għal total ta’ 153 dijanjostikata bl-HIV/AID sal-lum.

Dan jirriżulta minn mistoqsija parlamentari li għamel id-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela. Hu staqsa kemm persuni ġew dijanjostikati bl-HIV/AIDS minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar.

Jirriżulta mill-informazzjoni li ngħatat, li f’Lulju tas-sena l-oħra kienu reġistrati l-aktar każi u kien hemm b’kollox 15-il każ dijanjostikat.

Jirriżulta wkoll minn mistoqsija oħra parlamentari tal-istess deputat Nazzjonalista, li kien hemm 963 persuni s-sena li għaddiet li ġew dijanjostikati b’mard li jiġi trasmess sesswalment minbarra HIV/AIDS u 416-il persuna oħra din is-sena għal total ta’ 1,379 persuna sal-lum.