Amanda Anisimova u Iga Swiatek se jkunu qed jilagħbu fil-finali ta’ Wimbledon ta’ nhar is-Sibt li ġej.
Anisimova li tinsab fit-13-il post fir-rankings kisbet rebħa ta’ 6-4 4-6 6-4 fejn irnexxielha ssalva 11 mill-14-il break point. Din se tkun l-ewwel finali tagħha fi Grand Slam hekk kif irnexxielha tagħmel ir-raba’ match point f’partita li damet sagħtejn u 35 minuta.
F’kummenti wara l-partita Anisimova qalet li ma tistax temmen li rnexxielha tikseb post fil-finali.
Għal Sabalenka din kienet it-tieni darba li sofriet diżappunt f turnament din is-sena hekk kif diġa tilfet il-finali fl-Awstralja u f’Pariġi.
Iga Swiatek minn naħa l-oħra kisbet rebħa konvinċenti hekk kif għelbet lil Belinda Bencic 6-2 6-0. Swiatek se tkun qed tibda bħala favorita fil-finali hekk kif kienet dominanti ferm fis-semifinali.
Wara l-partita, Swiatek qalet li tinsab ferm eċitata għall-finali u li dan l-isport ikompli jissorprendija. Il-partita ħadet 74 minuta fejn kellha tieqaf għal xi ħin minħabba injury li sofriet Bencic fil-bidu tal-partita.
//= $special ?>