L-Irlandiż Ben Healy b’mod drammatiku kiseb rebħa fis-sitt stadju tat-Tour de France filwaqt li Mathieu van der Poel reġa kiseb il-flokk l-isfar.
Kemm Healy u Van der Poel kienu fost it-tmien ċiklisti li kienu fil-parti ta’ quddiem f’dan l-istadju fuq distanza ta’ 201.5km b’Healy joħroġ fuq quddiem fl-aħħar 42km.
Din kienet l-ewwel rebħa għal Healy f’dan it-tour fejn irnexxielu jtemm fl-ewwel post bi tliet minuti vantaġġ fuq Quinn Simmons u Michael Storer. Van der Poel temm erba’ minuti wara Healy fejn kien segwit minn Tadej Pogacar. Pogacar kien kiseb il-flokk l-isfar fl-istadju tal-Erbgħa fit-time trial.
It-Tour de France jkompli bis-seba’ stadju l-Ġimgħa fuq distanza ta’ 197km minn Saint-Malo sa Mur-De-Bretagna Guerledan.
//= $special ?>