Formula 1 Sport

Christian Horner jitkeċċa mir-Red Bull wara aktar minn 20 sena fit-tmexxija

Christian Horner
Christian Horner

It-tim ta’ Formula 1, Red Bull keċċew b’seħħ immedjat lil Christian Horner, il-prinċipal tat-tim. Hu kien ilu għal aktar minn 20 sena responsabbli mit-tim.

Hu mifhum li Red Bull infurmaw lil Horner bid-deċiżjoni, li bosta qed jarawha bħala waħda xokkanti, it-Tlieta filgħaxija.

Skont rapporti li qed jidhru fil-media internazzjonali, Horner ma kien mogħti ebda raġuni għat-tneħħija tiegħu minn Red Bull, tant li l-istqarrija tal-istess tim ma tagħti ebda raġuni biex tiġġustifika t-tkeċċikja ta’ Horner.

Red Bull ikkonfermaw li Laurent Mekies se jieħu post Horner bħala Kap Eżekuttiv u principal tat-tim.