Lokali Mużika

Explicit iniedi kanzunetta ġdida b’tema satirika

Noel D’Anastas

Explicit hija rock band Maltija li għadha kemm nediet kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘FN’.

B’ħoss rock alternattiv, ‘FN’ għandha tema satirika u titratta dwar karattri kemxejn eċċentriċi li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum, liema mġiba tagħhom tħalli xi forma ta’ impatt jew influwenza. F’kull belt u raħal hemm minn dawn it-tipi ta’ karattri li jagħmlu l-ħajja aktar imżewqa u kulurita.

Explicit ilu attiv mill-2008 u f’dawn is-snin daqq f’bosta kunċerti u festivals. Bla dubju, waħda mill-isbaħ memorji kien meta Explicit daqq qabel il-kitarrista David Knopfler, eks membru ta’ Dire Straits, fil-kunċert li kien ta fit-Teatru Manoel f’Diċembru 2010. Fl-2012 kienu waslu sal-final tal-Hard Rock Rising Festival. Fl-istess sena, Explicit nieda l-ewwel EPTrain. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, Explicit baqa’ attiv bi ħruġ ta’ kanzunetti u għadd ta’ prestazzjonijiet. Fil-fatt, nhar is-SIbt 12 ta’ Lulju se jdoqq fil-Farsons Beer Festival fid-9pm fuq ir-rock stage.

Aktar tagħrif jinsab fuq il-paġna ta’ facebook.