Stefan Marjanović, Serb ta’ 30 sena, b’statura twila għar-rwol ta’ difensur ċentrali, sar plejer ġdid ta’ Birkirkara F.C., wara li l-Istripes ħabbru l-akkwist tiegħu lejlet id-debutt tat-tim fil-UEFA Conference League, kontra FC Petrocub Hincesti tal-Moldova.
L-akkwist ta’ Marjanović għandu jkompli ssaħħaħ id-dipartiment difensiv fl-iskwadra ta’ Stefano D’Angelis, hekk kif l-eks plejer ta’ diversi klabbs, fosthom FK Smederevo 1924, l-aħħar klabb li kien qed jilgħab miegħu fil-Prva liga Srbije, li hi t-Tieni Diviżjoni tal-futbol fis-Serbja. Marjanović, li matul l-istaġun li għadu kemm intemm lagħab 12-il partita fil-Kampjonat, kien qed jilgħab it-tieni nofs tal-istaġun fl-istess skwadra tal-internazzjonali Malti, Mattia Veselji li fl-istaġun il-ġdid se jlkun qed jirritorna f’Malta u se jerġa’ jilgħam ma’ Floriana.
Marjanović hu plejer ta’ esperjenza f’diversi Kampjonati, u lagħab viċin is-70 partita fis-Super liga Srbije, l-ogħla diviżjoni Serba. Hu lagħab l-aktar ma’ FK Kolubara Lazarevac, iżda lagħab ukoll numru ta’ partiti ma’ FK Podgorica tal-Montenegro u FK Radnicki Nis tas-Serbja.
Marjanović se jkun disponibbli għall-kowċ D’Angelis għall-ewwel partita minn tnejn li Birkirkara se jilgħabu kontra FC Petrocub Hincesti fil-UEFA Conference League.
//= $special ?>