Lokali

Il-barranin f’pajjiżna żdiedu b’10,614 f’temp ta’ sena

Matul l-2024, ir-raġuni ewlenija taż-żieda fil-popolazzjoni kienet il-migrazzjoni netta totali ta’ 10,614-il persuna – fi kliem sempliċi, il-barranin żdiedu b’aktar minn 10,000 f’sena waħda.

Dan kien konfermat permezz ta’ ċifri maħruġa llum mill-NSO.

L-istatistika turi li fi tmiem l-2024, il-popolazzjoni totali ta’ Malta u Għawdex kienet stmata li tlaħħaq il-574,250 persuna – żieda ta’ 1.9 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Minn dawn, hemm aktar minn 10,000 li daħlu Malta minn barra f’temp ta’ 12-il xahar.