Il-koppja anzjana Ġorġ u Stella Grech, il-ġenituri tal-Kardinal Mario Grech, qed jiċċelebraw is-70 anniversarju miż-żwieġ tagħhom.
Il-Kappillan tal-parroċċa ras-Sokkors f’Għawdex, irregala immagini fil-fidi tax-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu bħala talba biex il-Madonna tkompli tħares lil Ġorġ u Stella u tagħtihom aktar snin ta’ ħajja miżżewġa flimkien.
Waqt Pontifikal Solenni li mexxa l-Emm.T. il-Kardinal Mario fl-okkazjoni tal-40 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna, il-Kardinal bierek ix-xbieha ta’ San Ġużepp wara li fl-aħħar xhur sar restawr estensiv fuqha.
Wara l-quddiesa, il-Kappillan stieden lil kulħadd biex jingħaqdu mal-koppja Grech fuq iz-zuntier tal-Knisja. Il-komunità parrokjali tas-Sokkors awguratilhom mill-qalb AD MULTOS ANNOS.

