Sport

Il-ħames ġurnata tat-Tour de France

 Il-ħames ġurnata tal-112-il edizzjoni tat-Tour de France kienet fuq distanza ta’  33 kilometri f’Caen u kienet il-prova kontra l-ħin. Din il-ġrunata rat is-suċċess tal-Belġjan Remco Evenepoel għal Soudal Quick Step li għamel id-distanza f’36 minuta u 42 sekondi.

Fit-tieni post b’distakk ta’ 16-il sekonda temm Tadej Pogacar tas-Slovenja għal UAE Team Emirates filwaqt li b’sorpriza fit-tielet post temm it-Taljan Edoardo Affini għal Team Visma Lease a Bike b’distakk ta’ 33 sekonda minn Evenepoel.

Fil-klassifika ġenerali wara li saru ħames provi fl-ewwel post tela’ s-Sloven Tadej Pogacar għal UAE Team Emirates bi 17 il-siegħa, 22 minuta u 58 sekonda. Fit-tieni post Remco Evenepoel għal Soudal Quickstep b’distakk ta’ 42 sekonda filwaqt li fit-tielet post hemm il-Franċiż Kevin Vanquelin għal Arkea  B & B Hotels b’distakk ta’ 42 minuta.

Is-sitt stadju huwa fuq disatanza ta’ 201.5 kilometru minn Bayeux sa Vire Normandie.