Lokali

Il-media Laburista stess tiddikjara li l-AFM “ħaqqhom aħjar”

Il-media tal-Labour qed tirrapporta illi l-Partit Nazzjonalista jemmen li l-Forzi Armati ta’ Malta ħaqqhom aħjar, u n-nuqqas ta’ investiment kif jixraq mill-Gvern qed ipoġġi f’riskju lis-suldati tal-Armata.

Dan ġie rappurtat mis-Super One fuq il-website tagħhom (ritratt fuq), wara stqarrija li ħareġ id-deputat Darren Carabott.

U fost l-attakki minn naħa tal-Labour fuq Carabott, il-media Laburista qalet li l-Partit Nazzjonalista fakkar illi l-Gvern ħeba l-fatt li minn flotta ta’ ħames ħelikopters li għandhom il-Forzi Armati ta’ Malta, preżentement wieħed biss qed jaħdem.

Fi kliem sempliċi, il-Labour qal mod u l-media tiegħu wasslet messaġġ l-oppost; għaliex wasslet il-messaġġ tal-PN.

Intant, ftit minuti wara li ġie ppubblikat dan l-artiklu ta’ Net News, inħarġet ordni biex is-Super One ibiddel dak li inkiteb. Bl-istorja oriġinali kellha tiġi emendata.