Internazzjonali

Il-MPE jirrifjutaw il-mozzjoni ta’ ċensura kontra l-Kummissjoni Ewropea

B’175 vot favur, 360 kontra u 18-il astensjoni, il-Parlament Ewropew irrifjuta mozzjoni ta’ ċensura kontra l-Kummissjoni nhar il-Ħamis.

Il-votazzjoni dwar il-mozzjoni saret b’appell nominali. Biex tiġi adottata, kienet meħtieġa maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa, li jirrappreżentaw maġġoranza tal-Membri komponenti tal-Parlament.

Intant il-President tal-Kummissjoni Ursula Von Der Leyen ser tkun qed tkompli tokkupa l-kariga tagħha, filwaqt li l-ħidma tal-Kummissjoni ser tkun qed tiskatta mill-ġdid.