Raġel ta’ 78 sena li joqgħod is-Siġġiewi, spiċċa ferut gravi wara inċident li seħħ għall-ħabta tas-6:30am… fi Triq Dun Manwel Zammit, fis-Siġġiewi.
L-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li intlaqat minn karozza Toyota, li kienet qed tinstaq minn zaghzugh ta’ 24 sena – li ukoll jgħix is-Siġġiewi.
L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku, u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar dawn l-inċidenti għadhom għaddejjin.
//= $special ?>