Lokali

Rapport internazzjonali jitfa’ dawl fuq il-problema serja ta’ ffullar fil-ħabs ta’ Kordin

Rapport internazzjonali mill-Kunsill tal-Ewropa reġa’ tefa’ dawl fuq il-problema serja ta’ ffullar fil-ħabs ta’ Kordin.

Għalkemm ir-rapport juri ċertu progress, hemm elementi ta’ tħassib li fl-2023 kienu għadhom persistenti – u li baqgħu preżenti wara ż-żewġ żjarat ta’ qabel, fl-2015 u fl-2020.

Il-Kunsill tal-Ewropa innota li l-binja baqgħet fi stat fqir, u hemm ammont kbir ta’ priġunieri ippakjati f’post żgħir.

Fir-rapport imwassal mill-Kunsill tal-Ewropa, jissemma’ t-trattament inuman lejn il-priġunieri f’Diviżjoni 6. Bl-appell ikun sabiex issir reviżjoni ta’ ċerti sistemi li hemm adottati fil-ħabs ta’ Kordin.

Ir-rapport isemmi li tjieb is-suppot psikoloġiku għall-priġunieri. Iżda fl-istess waqt jirreferi għal ċertu nuqqasijiet f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċentri ta’ detenzjoni.