Kurżitajiet Lokali

RITRATTI: Is-sbuħija ta’ Malta fl-eqqel tas-sajf

“Għal min jgħid li f’Malta ma tistax tagħmel surfing!”

Dan huwa l-messaġġ li twassal fuq il-media soċjali permezz ta’ serje ta’ ritratti meħuda din il-ġimgħa fil-bajja ta’ Għajn Tuffieħa.

Ir-ritratti huma ta’ Valerio Cicconi, u juru nurmu ta’ persuni jiprattikaw is-surfing u jisfidaw il-mewġ għoli li kellna fl-aħħar jiem tul il-kosta tal-Punent.