Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-6:30pm, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, fl-Imsida.
Il-Pulizija marru minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza Smart misjuqa minn Taljana ta’ 40 sena residenti l-Mosta, u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 45 sena li jgħix il-Ħamrun.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>