Sport

Swiatek tal-Polonja tkompli tirbaħ

RITRATT: EPA

Il-kwartifinali f’Wimbledon komplew bil-kategorija tan-nisa, fejn is-seed numru 8, Iga Swiatek tal-Polonja ħadet biss siegħa u 49 minuta biex għelbet lil Liudmila Samsonova seed numru 19. Swiatek wara li ddominat l-ewwel set 6 – 2 rebħet wkoll dak deċiżiv 7 – 5 .

Kwartifinali bbilanċjata mirbuħa mis-seed numru 35 Belina Bencic tal-Iżvizzera li eliminat lis-seed numru 7 fil-kompetizzjoni Mirra Andreeva f’żewg sets identiċi 7 – 6 ; 7 – 6 f’partita li damet sagħtejn u 8 minuti.

Fil-kwartitifinali tal-irġiel l-attenzjoni kemm fuq Novak Djokovic u wisq aktar fuq Jannik Sinner.

Mill-partita li kien destinat li jitlef kontra Grigor Dimitrov li kien kostrett li jirtira għax weġġa’, Jannik Sinner seed numru  1, għadda għas-semifinali wara li elimina lil Ben Shelton tal-Istati Uniti seed numru 10. Fl-ewwel set miftuħ għal kull riżultat, kien Sinner li għalaq 7 – 6 . It-tieni set dominat minn Sinner li rebaħ 6 – 4, bit-tielet set jintemm ukoll 6 – 4 wara sagħtejn u 19-il minuta.

Fl-istess waqt fl-azzjoni Novak Djokovic, seed numru 6, kontra Flavio Cobolli tal-Italja, seed numru 20. Kien Cobolli li b’sorpriza rebaħ l-ewwel set 7 – 6 sabiex kif kien mistenni waslet ir-reazzjoni minn Djokovic li rebaħ it-tieni set 6 – 2 u eventwalment minkejja oppożizzjoni minn Cobolli, rebaħ is-sets ta’ wara 7 – 5 u 6 – 4 f’waħda mill-itwal partiti fejn damet 3 sigħat u 11-il minuta.