Tottenham attivaw il-klawsola fil-kuntratt ta’ Morgan Gibbs-White hekk kif aċċettaw li jħallsu s-somma ta’ £60 miljun.
Gibbs-White mistenni jagħmel it-testijiet mediċi nhar il-Ġimgħa hekk kif il-plejer ta’ 25 sena aċċetta wkoll il-kuntratt propost minn Tottenham. Il-plejer Ingliż kien wieħed mill-plejers fil-mira ta’ Manchester City iżda jidher li fl-aħħar ġimgħat dawn tal-aħħar naqqsu l-interess tagħhom.
Matul l-istaġun li għadda, Gibbs-White lagħab 34 partita fil-Premier League ma’ Nottingham Forest fejn skorja seba’ gowls u ta tmien assists. Aktar kmieni Forest tilfu wkoll lill-winger Anthony Elanga li se jkun qed jissieħeb ma’ Newcastle.
Għal Tottenham, l-akkwist ta’ Gibbs-White huwa t-tieni wieħed taħt it-tmexxija ta’ Thomas Frank hekk kif fil-jien li għaddew laħqu ftehim ma’ West Ham għall-akkwist ta’ Mohammed Kudus.
//= $special ?>