Lokali Parlament

284 każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali sal-aħħar tal-2024

Kien hemm 284 każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali sal-aħħar tas-sena li għaddiet.

Barra minn hekk hemm 313-il każ, li kienu preżentati fil-2003 mill-eks ħaddiema tat-tarzna li mhux magħduda mat-total ta’ każijiet pendenti stante li hemm żewġ każijiet minnhom li qed jinstemgħu bħala “test cases” . Jirrriżulta li dawn iż-żewġ “test cases” ġew differiti għall-possibbiltà ta’ ftehim għas-16 ta’ Lulju ta’ din is-sena.

Dwar in-numru ta’ każi pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali staqsa fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Ivan Batolo lill-Prim Ministru Robert Abela.