Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, minn Jannar sal-aħħar ta’ Mejju, saru diġà 186 rapport lill-Pulizija dwar ħsejjes eċċessivi. Fl-aħħar sentejn, iġifieri fl-2024 u fl-2023 kien hemm aktar minn 400 rapport kull sena dwar ħsejjes eċċessivi.
Jirriżulta li fl-2023 saru total ta’ 415-il rapport filwaqt li fl-2024 ir-raapporti żdiedu għal 473. Fl-2021 saru 341 filwaqt li fl-2022 saru 260 rapport dwar ħsejjes eċċessivi.
Dwar dawn ir-rapporti tkellem fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri meta wieġeb mistoqsija parlamentari li saret mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartololo.
Dwar il-ħsejjjes ukoll eċċessivi, l-MEP Nazzjonalista Peter Agius u l-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg, kienu talbu lill-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew. f’isem eluf ta’ residenti, l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-UE 2002/49/KE dwar il-ħsejjes ambjentali f’Malta.
Il-petizzjoni tressqet fid-dawl ta’ ħafna residenti f’diversi zoni ta’ Malta u Għawdex li kienu qed jgħixu ħinijiet twal bl-inkonvenjent ta’ mużika amplifikata jew xogħlijiet storbjużi fit-toroq, bl-awtoritajiet Maltin jonqsu milli jinfurzaw il-liġijiet marbuta mal-livell tal-ħsejjes f’ċerti ħinijiet tal-ġurnata kemm wara nofsinhar u anke matul illejl.
//= $special ?>