In-numru ta’ ilmenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mis-sena 2020 sal-aħħar ta’ Mejju 2025 jammonta għal 6,541 ilment.
Jirriżulta li fil-perjodu msemmi, kien henmm aktar minn 1,100 ilment fis-sena quddiem din l-Awtorità.
Fl-2020 quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur tressqu 1,270 ilment; 1,100 fl-2021; 1,187 fl-2022; 1,189 fl-2023; is-sena li għaddiet l-ilmenti telgħu għal 1,234 u din is-sena diġà kien hemm 561 ilment.
Dawn l-ilmenti kkonfermahom fil-Parlamemt fi tweġiba li ta l-Prim Ministru Robert Abela għal mistoqsija palamentari li tressqet mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
Jirriżulta wkoll li 1,774 ilment ġew riferuti quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur – madwar 300 u aktar kull sena; u n-numru ta’ ilmenti li ġew riżolti mingħajr ma tressqu quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur mis-sena 2020 sal-aħħar ta’ Mejju 2025 kien jammonta għal 2,371.
Il-bqija, kważi 2,400, tal-ilmenti li ma ngħalqux amikevolment jew lanqas ma ġew riferuti għat-Tribunal, ikunu jew ġew irtirati mill-konsumatur, jew ma setgħetx tittieħed azzjoni dwarhom peress li l-ilment ma jaqax fil-kompetenza tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, jew inkella ngħalqu wara li l-konsumatur ikun ingħata l-informazzjoni meħtieġa.
//= $special ?>