Jidhrli li Johann Grech qed jilħaq il-miri. Hekk iddikjara s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul jum wara li Neville Gafa ħareġ jattakka l-Mediterrane Film Festival u lill-Kummissarju tal-Films Johann Grech. B’Ellul jagħżel li jiddefendi lill-Kummissarju.
Ma’ Net News, Andy Ellul fl-ebda ħin ma ċaħad li din il-ġimgħa ta’ lussu u estravaganza ġiet tiswa’ xejn inqas minn 14-il miljun ewro, biex ġew mistiedna mal-1,200 persuna – li kollha ingħataw inbejjed u alkoħol mill-aqwa, u saħansitra kien hemm minn teftef fil-bajda; kif allega Neville Gafa.
Iżda s-Segretarju Parlamentari iddikjara li skont hu, is-serata tal-Mediterrane Film Festival tagħmlek kburi li int Malti.
Mistoqsi ripetutament, Andy Ellul fl-ebda ħin ma ċaħad li l-Gvern tajjar 14-il miljun ewro.
Dan filwaqt li Ellul baqa’ jiftaħar bix-xogħol li – skont hu – qed jagħmel il-Kummissarju tal-Films.
//= $special ?>