Crystal Palace ġew relegati li jilgħabu fil-Conference League minflok fl-Europa League, wara deċiżjoni tal-UEFA. Id-deċiżjoni tal-UEFA hija bbażata fuq il-fatt li s-sid ta’ Palace, l-imprenditur Amerikan John Textor, għandu wkoll ishma fil-club Franċiż ta’ Lyon, li wkoll ikkwalifika għall-Europa League. Nottinham Forest, li temmew fis-seba’ post fil-Premier League l-istaġun li għadda, mistennija jieħu post Palace fl-Europa League.
Il-UEFA qalet li Palace jistgħu jappellaw minn din id-deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport, bil-club Ingliż mistenni jappella mid-deċiżjoni. Ir-regoalmenti tal-UEFA jistipulaw li clubs li għandhom sidien komuni, u li għandhom influwenza sinifikanti fil-clubs rispettivi, ma jistgħux jikkompetu fl-istess kompetizzjoni Ewropeja.
Crystal Place argumentaw li Tector m’għandu l-ebda pożizzjoni influwenti fil-club u ma jieħux deċiżjonijiet eżekuttivi, liema argument ma kienx aċċettat mill-UEFA.
//= $special ?>