Il-Federazzjoni Maltija tal-Judo ħabbret li Louisa Agius Galea ġiet eletta fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo għat-terminu 2025–2029 waqt il-Kungress Ordinarju tal-IJF, li sar f’Budapest. Il-ħatra tagħha kienet mal-konferma ta’ Marius Vizer, bħala President tal-IJF għas-sitt mandat konsekuttiv tiegħu .
L-elezzjoni ta’ Louisa Agius Galea hija mument storiku għall-isport lokali, bħala amministratriċi ddedikata u b’esperjenza fil-qalba tat-tmexxija internazzjonali tal-judo. Hija kienet eletta bħala Direttur tal-Loġistika tal-IJF, fejn l-attenzjoni tagħha għad-dettall u l-ħiliet operattivi tagħha kienu kruċjali biex l-avvenimenti jkunu organizzati madwar id-dinja.
F’Malta, Louisa Agius Galea, bħala Segretarju Ġenerali, hija forza essenzjali wara s-suċċess tal-Federazzjoni Maltija tal-Judo. Responsabbli mill-avvenimenti u r-relazzjonijiet pubbliċi tal-Federazzjoni, referee, bi rwol vitali fl-iżvilupp tal-atleti, fit-tmexxija ta’ deċiżjonijiet strateġiċi, u fil-konsolidazzjoni tal-preżenza ta’ Malta fuq il-mappa internazzjonali tal-judo.
Ta’ sodisfazzjon wkoll għal Envic Galea, President tal-Federazzjoni Maltija tal-Judo u missierha fejn ikkummenta li l-elezzjoni tagħha ġġib kredibbilità, kompetenza, u leħen frisk fil-familja globali tal-judo.

Envic Galea, President tal-Federazzjoni Maltija tal-Judo; flinkien ma’ Louisa Agius Galea
//= $special ?>