Internazzjonali Kurżitajiet

Il-Birkin li telaq għal rekord $10 miljun f’irkant f’Pariġi

Il-basket Birkin magħmul mid-ditta Franċiża Hermes ġie mibjugħ għal €8.58 miljun f’irkant mill- kumpanija Sotheby’s illi sar Pariġi. Dan huwa ekwivalenti għal $10 miljun.

L-offerti għal dan il-basket bdew minn miljun ewro, bl-aħħar offerta togħla għal 7 miljun ewro. Bil-prezz finali jkun dak ta’ €8.58 miljun wara li ġew miżjuda spejjeż oħra.

Dan il-basket kien l-ewwel basket iddisinjat għal Jane Birkin fejn nhar il-Ħamis 10 ta’ Lulju kiser ir-rekord preċidenti tal-iktar handbag li inbigħ bi prezz għoli. Ir-rekord preċidenti kien dak ta’ basket magħmul ukoll mil-kumpanija Hermes li kien telaq għall-prezz ta’ $513,000 fl-2021 f’Hong Kong.

L-ewwel darba li dan il-basket kien inbigħ, kien f’irkant min Birkin fl-1994 fejn kien inxtara min Catherine Benier. Sotheby’s qalu li l-Birkin originali inxtara min kolletur privat mill-Ġappun, bla ma taw iktar dettalji.

Normalment basket Birkin jiġi offrut mid-ditta Franċiża Hermes għal klijenti stabbiliti, bil-prezzijiet jibdew min $10,000.