Internazzjonali

Il-Kanada: Mira għat-tariffi ta’ Trump, bid-deadline qed javviċina

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, iddikkjara li l-Gvern immexxi minnu, mill-Ewwel ta’ Awwissu, se jimponi tariffa oħra ‘qawwija’ fuq il-prodotti li pajjiżu jkun qed jimporta mill-Kanada.

L-istqarrija ta’ Trump kienet ippubblikata ftit jiem biss qabel jiskadi ż-żmien għal ftehim ġdid dwar il-kummerċ u s-sigurtà bejn Washington u Ottawa.

Intant, il-President Amerikan, permezz ta’  ittra fuq il-pjattaforma Truth Social, hedded li jimponi t-tariffi ġenerali ta’ bejn il-15 u l-20 fil-mija fuq l-Istati sieħba ewlenin tal-Istati Uniti — fosthom il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Intant, ir-reazzjoni tal-Kanada kienet immedjata fejn il-Prim Ministru Mark Carney wiegħed biex jipproteġi lill-ħaddiema Kanadiżi waqt li jkompli bl-isforzi lejn il-konklużjoni ta’ ftehim mal-Istati Uniti qabel id-deadline tal-21 ta’ Lulju.

Dan waqt li l-President Trump kien qed jibgħat aktar minn 20 ittra ‘simili’ dwar it-tariffi lil diversi pajjiżi – u fost theddida ġdida rigward it-tariffi ġodda għall-UE.