Huwa evidenti li l-membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela mhux komdi jwieġbu dwar Kurt Buhgiar u dwar kif dan, minkejja li hu akkużat bi qtil involontarju fil-każ ta’ Jean Paul Sofia, reġa’ iddaħal jaħdem mal-Lands Authority.
Il-każ ta’ Buhagiar sploda fl-aħbarijiet fl-aħħar jiem wara messaġġ li kitbet Isabelle Bonnici fuq il-media soċjali. Bil-Prim Ministru stess jikkonferma li l-Gvern daħħal lura miegħu lil Kurt Buhagiar.
Net News staqsa lis-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea jekk hu jaqbilx li Buhagiar jibqa’ impjegat ma’ din l-awtorità – iżda dan irreferiena għal dak li qal il-Prim Ministru Robert Abela. U fl-ebda ħin ma wieġeb għad-domandi li sarulu minn dan l-istazzjon.
Meta kien ġie mistoqsi mill-ġurnalisti Robert Abela kien qal li Buhagiar reġa’ iddaħal fil-post tax-xogħol tiegħu wara deċiżjoni amministrattiva. Minkejja li huwa implikat fil-qtil taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia f’Dicembru tal-2022.
Intant, bosta kienu dawk li esprimew tħassib u d-dipjaċir tagħhom lejn din id-deċiżjoni; speċjalment Isabelle Bonnici. Bil-PN jgħid illi din l-istorja hija konferma li għal darb’oħra …. Robert Abela qed jagħżel li jkun kontra Jean Paul Sofia u kontra l-poplu Malti u Għawdxi.
Tant illi qed jerġa’ jagħżel lil tal-qalba fuq in-nies; u jkompli jikkonferma li ma tgħallem xejn mill-mewt ta’ Sofia