Lokali Parlament

Il-Ministru Owen Bonnici b’karozza mikrija mill-privat għal €1,000 (VAT eskluż) fix-xahar

Il-karozza għall-użu uffiċjali tal-Ministru Owen Bonnici hija tat-tip Mercedes-Benz E220D u hija mikrija mill-privat għal €1,000 (VAT eskluż) fix-xahar.

Dan irriżulta minn mistoqsija parlamentari li għamel id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina lill-Ministru Owen Bonnici.

Toni Bezzina staqsa wkoll jekk hix electric vehicles jew taħdimx bi fuel konvenzjonali u jekk f’każ ta’ fuel konvenzjonali, kemm intuża fuel kull xahar minn April 2022 sat-tweġiba parlamentari; u jekk jintuża fuel konvenzjonali minn fejn jinxtara l-fuel għalihom; jekk għandux il-fakultà tal-użu tat-tieni karozza jew car allowance; min jagħmel użu mill-karozza u jekk il-karozza tinżammx f’garaxx u jekk titħallasx kera għal tali garaxx (f’każ li titħallas kera, kemm hu l-ammont ta’ din il-kera fix-xahar għal tali garaxx u min hu l-benefiċċjarju ta’ tali kera.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokal qal ukoll li ma jagħmilx użu mit-tieni karozza.