Lokali Qorti

Il-Qorti twaqqaf l-estradizzjoni ta’ Sirjan imifftex mill-Greċja

Il-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera waqqfet l-estradizzjoni ta’ Ali Ahmad, raġel Sirjan li kien imfittex mill-Greċja biex jiskonta sentenza ta’ ħabs għat-traffikar tal-bnedmin. F’Mejju, il-Qorti tal-Maġistrati kienet ordnat l-estradizzjoni tiegħu.

Madankollu, Ahmad appella d-deċiżjoni. Huwa argumenta li l-bżonnijiet mediċi tiegħu ma setgħux jintlaħqu fil-Greċja u li l-estradizzjoni hija ekwivalenti għal trattament inuman. Matul l-appell, ġie kkonfermat li peress li l-każ ta’ Ahmad qed jiġi appellat u deċiżjoni finali hija mistennija f’Mejju 2026, il-proċedimenti fil-Greċja għadhom għaddejjin.

Il-Qorti tal-Appell Kriminali ddeċidiet li peress li m’hemm l-ebda sentenza finali, m’hemm l-ebda sentenza ta’ ħabs effettiva biex tiskonta f’dan l-istadju. Għalhekk, it-talba għall-estradizzjoni kienet ibbażata fuq informazzjoni żbaljata.

Ahmad qed jiffaċċja wkoll akkużi kriminali separati f’Malta relatati ma’ żewġ hold-ups mill-banek tal-lottu. Huwa kien ingħata l-ħelsien mill-arrest ta’ dan il-każ f’Mejju, taħt kundizzjonijiet li jinkludu depożitu ta’ €8,000, garanzija personali ta’ €12,000, iffirmar ta’ kuljum f’għassa tal-pulizija, u curfew.

L-appell ta’ estradizzjoni kien ippresedut mlll-imħallef, Consuelo Scerri Herrera. Għal Ahmad, deheru l-avukati, Franco u Charles Mercieca. L-Avukati Sean Xerri de Caro u Maria Zerafa Le-Gros mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mexxew il-prosekuzzjoni.