Sport

It-tim tan-nisa Malti ta’ taħt is-16-il sena tal-Basketball fis-semifinali

It-tim Malti li qed jipparteċioa fil-Palestra E Sporteve f’Karagoc, fil-Kosovo, Kampjonat FIBA Euro Basket għat-timijiet tan-nisa taħt is-16-ilsena Kategorija C, irreġistra sucċċss nett fil-grupp għat-tim Nazzjonali Malti mmexxi minn Roderick Vella bir-rebħa ta’ 59 – 41 fuq l-Albanija u għadda għas-semifinali.

Wara li fl-ewwel partita t-tim Malti ddomina għal kollox kontra Moldova fir-rebħa ta’ 90 – 12, fit-tieni partita kienet konferma akbar tal-potenzjal tat-tim Malti meta għeleb lil Kosovo 73 – 48 . Fit-tielet partita deċiziva għal min jirbaħ il-grupp, it-tim Malti ma ddiżappuntax fejn għeleb lil Albanija 59 – 41 . Malta rebħet is-sessjonijiet kollha 14 – 11 u 22 – 13 sabiex wara l-mistrieh, minn 48 – 28 fi tmiem it-tielet sessjoni għalqu l-partita 59 – 41

B’din ir-rebħa Malta għaddiet għas-semifinali kontra l-Armenja.

Il-bieraħ fl-azzjoni wkoll it-tim tal-irgiel ta’ taħt is-16 il-sena mmexxi minn Omar Said fejn Malta tilfet kontra Moldova 72 – 53.