Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’Kerċem

Raġel ta’ 55 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-bilanċ u waqa’ madwar sular fill-ġnien tar-residenza fejn jgħix f’Kerċem, illum waranofsinhar.

Għal xi t-tlieta ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq it-Torri, Kerċem, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn issejjaħ ukoll tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u ambulanza ħadet il-vittma l-isptar sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.