Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, se jzur iz-zoni ta’ Texas li ntlaqtu mid-diżastru naturali tal-għargħar fl-4 ta’ Lulju. Diżastru li sewa l-ħajja ta’ ‘l fuq min 100 persuna, li 28 fosthom ikunu tfal.
Il-White House qal li Trump se jżur iċ-ċentru tal-operazzjonijiet għall-emerġenzi fejn se jiltaqa’ ma’ diversi ħaddiema tas-salvataġġ, kif ukoll mal-familji tal-vittmi. Dan waqt li l-President se jkun qed isegwi wkoll partijiet mill-agħar zoni affettwati mill-għargħar.
Ir-rapporti qed jgħidu li Trump għandu anki jispiċċa f’nofs ta’ maltempata politika minħabba li qed jingħad li s-servizzi għall-emerġenzi kienu ‘l bogħod miz-zona straxxnata mil-għargħar. Dan minħabba li l-amministrazzjoni ta’ Trump qed tnaqqas mill-finanzi għall-aġenziji pubbliċi ta’ fejda u li suppost li jieħdu ħsieb il-kontroll ta’ dawn l-emerġenzi.
Qabel ma’ telaq mill-White House, Trump iddeskriva l-mewt ta’ ‘l fuq min 100 persuna bhala diżastru nazzjonali. Hu żied li dan kien diżastru li jiġri darba biss fil-ħajja ta’ persuna – b’xi sorsi fil-midja qed itennu li l-President qed jgħid dan il-kliem biex inaqqas mill-akkużi potenzjali fil-konfront tiegħu.
//= $special ?>