Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iddikkjara li mill-1 ta’ Awwissu se jimponi tariffa fuq il-merkanzija Kanadiża.
Huwa sostna dan, ftit jiem qabel l-iskadenza biex jintlaħaq ftehim ġdid dwar il-kummerċ u s-sigurtà bejn iż-żewġ pajjiżi.
Trump ħabbar dan permezz ta’ ittra li ppubblika fuq il-pjattaforma Truth Social, fejn saħansitra hedded li jimponi tariffi ġenerali ta’ bejn 15% u 20% fuq l-imsieħba ewlenin fil-kummerċ – inkluża l-UE.
Il-Prim Ministru Kanadiż Mark Carney wiegħed li jipproteġi lill-ħaddiema Kanadiżi u li jkompli bl-isforzi biex jiffinalizza l-ftehim qabel l-iskadenza tal-21 ta’ Lulju.
Trump bagħat aktar minn 20 ittra lil pajjiżi varji. U qed jgħid li dalwaqt se jħabbar tariffi ġodda fuq l-UE wkoll.
//= $special ?>