Lokali Temp

Wara l-Ħadd, is-sħana se tirranka sew!

Wara numru ta’ ġranet b’temperaturi pjuttost aċċettabbli għal dan iż-żmien tas-sena, jidher li Lulju se jibda jkun kiefer sew fejn tidħol sħana. Dan hekk kif mill-ġimgħa d-dieħla t-temperaturi se jieħdu rankatura ‘l fuq.

Skont it-tbassir maħruġ mill-Uffiċċju Meterjoloġiku, minn temperatura li bħalissa qed tinħass 30 grad, din se titla’ għal 37 grad Celcius – jew għallinqas, daqshekk se tkun qed tinħass.

Fil-fatt, bejn it-Tnejn u l-Ħamis, it-temperatura se tkun qed tinħass bejn 35 grad u 37 grad. Bl-aktar ġurnata sħuna mistennija tkun propju nhar it-Tnejn li ġej.

Matul il-lejl, l-inqas temperatura se timmarka 25 grad. U r-riħ se jkun qed ivarja bejn Froza 2 u Forza 3.

Insomma, temp sinonimu ma’ dan iż-żmien tas-sena, hekk kif ninsabu fl-eqqel tal-istaġun tal-festi, tal-għawm u l-BBQs ħdejn il-baħar.