Lokali

AĠĠORNATA: Żagħżugħ Ingliż ta’ 25 sena jitlef ħajtu wara li waqa’ minn gallarija ta’ lukanda

Kmieni filgħodu, għall-ħabta tal-4:15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Spinola, f’San Ġiljan.

Il-Pulizija marru fil-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li Ingliż ta’ 25 sena kien waqa’ minn gallarija ta’ lukanda li hemm fit-tarf ta’ din it-triq.

Mal-ewwel issejjaħ tim mediku, iżda sfortunatament hu kien iċċertifikat mejjet fil-post.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.