Il-Pollaka, Iga Swiatek rebħet is-sitt Grand Slam tal-karriera tagħha, meta fil-finali tas-singles tan-nisa, tal-Open ta’ Wimbledon, illum għelbet bl-aktar mod faċli lill-Amerikana, Amanda Anisimova.
Swiatek ħadet biss 57 minuta biex ġabet fix-xejn l-avversarja tagħha, bl-iskor finali ta’ 6-0, 6-0. Għal Swiatek dan kien l-ewwel unur tagħha fl-Open ta’ Wimbledon, wara li sal-lum diġa’ rebħet erba’ darbiet l-Open ta’ Franza u darba l-US Open.
Anisimova, li hi tliet xhur biss iżgħar minn Swiatek, dehret mifxula sa mil-bidu ta’ din il-partita, u fil-ġurnata wetqet diversi żbalji banali. L-Amerikana bdiet twettaq dawn l-iżbalji, u dehret nieqsa mill-konċentrazzjoni sa mill-ewwel ħinijiet tal-logħba, u Swiatek ħatfet l-opportunitá biex tirkeb fuq dawn in-nuqqasijiet tal-avversarja tagħha.
Anisimova ppruvat tagħmel tajjeb għal dawn l-iżbalji iżda b’Swiatek fil-forma u b’moral għoli, kien impossibli għal Anisimova li b’xi mod issalva r-riżultat minn din il-finali.
F’kummenti li Anisimova tat fit-tmiem ta’ finali li Swiatek iddominat bl-aktar mod faċli, l-Amerikana qalet li “xtaqet li l-prestazzjoni tagħha fil-ġurnata kienet aħjar.”
//= $special ?>