Lokali

Jaqleb għall-aħjar ir-raġel li waqa’ sular fir-residenza tiegħu f’Ta’ Kerċem

Joe Grima, eks Sindku fil-Lokalità ta’ Kerċem – qaleb għall-aħjar.

Dan wara li huwa kien identifikat bħala r-raġel ta’ 55 sena li, il-Ġimgħa waranofsinhar,. għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ sular fir-residenza tiegħu f’Kerċem stess.

Kien proprju l-Kappillan tal-Parroċċa, Dun Brian Meilak, l-istess Parroċċa li tul din it-tmiem il-ġimgħa qed tiċċelebra l-festa tal-Madonna tas-Sokkors, li ħabbar kif kien għadu kemm żar lil Grima fl-Isptar Mater Dei wara l-inċident tal-bieraħ.

Huwa serraħ moħħ il-pubbliku li r-raġel ma jinsabx fil-periklu tal-mewt madanakollu għandu bżonn ta’ ħafna talb hekk kif qed jistenna li jiġi operat fil-jiem li ġejjin bit-tama li l-operazzjoni tirnexxi u jerġa’ lura għan-normal.

Joe Grima nnifsu saħaq li jinsab aħjar madanakollu preċiża jgħid li għandu bżonn ta’ ħafna talb.