Sport Waterpolo

Sliema jirbħu konfront dirett ieħor fi spazju ta’ ġimgħa… tliet punti wkoll għal Neptunes u Sirens

(Ritratt: Martin Agius)

SLIEMA FRANK SALT……………….. 15

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN………. 11

(4-2), (5-4), (3-4), (3-1)

Sliema Frank Salt spiċċaw l-ewwel rawnd fil-quċċata. Ir-rebħa fil-konfront dirett kontra San Ġiljan MAA Daikin fissret li mhux biss għadhom b’punti massimi imma għelbu lir-rivali diretti f’ġimgħa. Fil-ġurnata Sliema kienu aħjar iżda ħadu vantaġġ ukoll minn żbalji difensivi tal-avversarji f’mumenti importanti.

Żewġ gowls ta’ Elijah Schembri ta vantaġġ ta’ 4-2 lil Sliema fl-ewwel sessjoni. Benji Cachia kabbar il-vantaġġ għal 5-2 fit-tieni sessjoni, Nikolai u Darren Zammit naqqsu d-distakk għal gowl sakemm Sliema reġgħu wessgħu d-distakk għal 7-4. Is-Slimiżi żammew il-vantaġġ ta’ tliet gowls sa tmiem is-sessjoni wara li San Ġiljan kienu naqqsu parzjalment id-distakk darbtejn.

Doppjetta ta’ Liam Galea għenet lil Sliema jiftħu vantaġġ ta’ 11-7. Ħafna ħasbu li Sliema kienu bdew jagħlqu l-logħba iżda San Ġiljan daħlu fil-logħba b’gowl ta’ Jake Bonavia u żewġ penalties ta’ Aaron Younger.

Iżda gowl b’opportuniżmu ta’ John Brownrigg lejn tmiem is-sessjoni u gowl ta’ Jayden Cassar minn kontrattakk fil-bidu tal-aħħar sessjoni, xeqilbu l-miżien favur Sliema. Ir-reazzjoni ta’ San Ġiljan ma kinitx tajba biżżejjed u ż-żewġ gowls ta’ Schembri għalqu l-logħba, b’Sliema kkontrollaw l-aħħar minuti sat-tmiem.

Sliema: N. Grixti, E. Schembri (4), L. Galea (3), S. Engerer (1), J. Cassar (1), B. Cachia (1), J. Cutajar (1), D. Rizzo, J. Brownrigg (1), A. Galea, A. Vlachopulos (3), D. Zammit, B. Busuttil, J. Chircop

San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja, D. Tully, R. Caruana, A. Younger (4), M. Zammit (1), J. Bonavia (2), B. Plumpton, J. Abela, N. Zammit (3), D. Zammit (1), N. Schiavone, Z. Attard, G. Bonavia

Referees: Ronnie Spiteri, Mirko Schiavo

VALLETTA PEAK INSURANCE….. 14

SIRENS BUILD FITNESS……………. 18

(4-7), (2-3), (4-5), (4-3)

Sirens Build Fitness telgħu waħedhom fir-raba’ post b’rebħa importanti iżda meritata fuq Valletta Peak Insurance. Għal Valletta din it-telfa fissret li għadhom mingħajr punti u fil-bżonn mhux biss ta’ punti imma ta’ prestazzjonijiet aħjar.

Il-logħba mill-ewwel kienet għat-telgħa għall-Beltin wara li Sirens fetħu vantaġġ ta’ ħames gowls fl-ewwel nofs tal-ewwel sessjoni. Valletta rkupraw u naqqsu d-distakk għal 6-4 sakemm Isaiah Riolo żamm tliet gowls distakk. Id-differenza bejn it-tnejn fit-tieni sessjoni niżlet għal 7-6 iżda Sirens irnexxielhom jibnu vantaġġ komdu ta’ 10-6 sa tmiem is-sessjoni.

Dan id-distakk għamilha diffiċli għal Valletta biex jirkupraw, b’Sirens juru kompattezza biex ikkontrollaw il-logħba. Wara li Valletta naqqsu d-distakk għal 11-8, huma wieġbu immedjatament biex prattikament serrħu rashom mit-tliet punti. Fl-aħħar sessjoni, Valletta baqgħu jittamaw għal rimonta diffiċli iżda resqu biss sa tliet gowls bogħod.

Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud (6), M. Carani, J. Sciberras, S. Busuttil, M. Zammit (3), I. Nagaev (2), K. Borg (3), K. Erdogan, M. Chircop, K. Cremona, G. Borg

Sirens: J. Parnis, P. Serracino, N. Bicari (5), P. Borg (1), J. Cachia (3), K. Agius (2), M. Ortoleva, I. Riolo (3), J. Zerafa Gregory (1), M. Sciberras, N. Rafailovic, G. Farrugia (2), M. Bonello DuPuis, G. Pace (1)

Referees: Massimo Angileri, Mirko Schiavo

(Ritratt: Martin Agius)

NEPTUNES BEST GYMS………… 19

EXILES WELBEE’S………...………… 6

(2-1), (5-4), (5-0), (7-1)

Ritorn għar-rebħ għal Neptunes Best Gyms wara t-telfa minima kontra Sliema. It-tliet punti waslu f’logħba ta’ żewġ faċċati. Exiles żammew mal-avversarji sa kważi nofs il-logħba sakemm tkeċċa Konstantin Averka, deċiżjoni xi ftit jew wisq diskutibbli.

Wara li Stevie Camilleri fetaħ l-iskor, Averka wieġeb għal Exiles b’Sam Gialanze jżomm lil Neptunes minn fuq fi tmiem l-ewwel sessjoni. Exiles saħansitra ġabu d-draw 3-3 fit-tieni sessjoni u wara li Gergo Zalanki skorja doppjetta, Exiles naqqsu d-distakk għal 6-5. Kien 18-il sekonda mit-tmiem li Averka tkeċċa u ngħata penalty li minnu Zalanki ma żbaljax.

Hawn il-logħba nbidlet minħabba li Exiles kellhom jilagħbu nofs logħba mingħajr il-plejer barrani tagħhom. Neptunes ħadu l-opportunità u skorjaw ħames gowls konsekuttivi u aċċertaw mir-rebħa b’vantaġġ ta’ 12-5. L-andament tal-logħba ma nbidilx fl-aħħar sessjoni bil-captain Stevie Camilleri spikka bi tripletta fost is-seba’ gowls skorjati għat-tim ta’ Aleksander Ciric li fil-ġurnata kien sospiż.

Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze (2), G. Zalanki (5), L. Mallia (1), J. Valletta (1), S. Camilleri (4), M. Castillo (1), B. Schranz, J. Bajada (1), A. Fenech (3), M. Azzopardi, M. Rossi,E. Mallia, J. Camilleri (1)

Exiles: A. Borg Cole, G. Gatt, Z. Micallef, D. Pace Lupi (1), T. Agius, M. Martellacci, M. Fenech, K. Griscti, K. Averka (3), K. Tanti (2), K. Navarro, D. Zahra, G. Galea Curmi, L. Hyzler

Referees: Stefan Licari, Iacovelli

Kif Jinsabu

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
Sliema5500905815
San Ġiljan5401675912
Neptunes530276569
Sirens520360736
Exiles510455783
Valletta500564880
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties