Il-familja ta’ Jan Pace qed tappella lill-pubbliku biex kull min għandu informazzjoni dwar fejn jinsab binhom, jgħaddiha lill-qraba tiegħu direttament jew lill-Puliżija.
Jan Pace ġie rrapurtat nieqes nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju u minn investigazzjoni preliminari tal-Pulizija, jidher li l-aħħar li ntlemaħ kien ilbieraħ waranofsinhar fiz-zona Tal-Pietà.
Bosta huma dawk li kitbu fuq il-midja soċjali tagħhom fejn appellaw għall-għajnuna sabiex jinstab iż-żagħżugħ li fi kliem il-qraba tiegħu, jidher li Pace jinsab f’kundizzjoni psikoloġika vulnerabbli u jista’ jkun f’periklu serju għall-ħajja tiegħu.
Pace jista’ jkun fl-inħawi ta’ Manoel Island, l-Aħrax tal-Mellieħa jew il-Ġnejna.
Kull min għandu informazzjoni huwa mitlub jikkuntattja lil Crisis Team fuq 99339966, jew lill-ġenituri taż-żagħżugħ fuq 79705323 / 79846462.
//= $special ?>