Matul il-lejl tal-Ġimgħa, ir-Russja wettqet attakk kbir fuq l-Ukrajna, tant li sparat 26 missila u 597 drones, Ir-reġjuni tal-punent intlaqtu l-aktar, b’Lviv, Lutsk, u Chernivtsi jsofru ħsara kbira. Chernivtsi rat żewġ fatalitajiet u mill-inqas 14-il persuna li ndarbu, inklużi erbgħa f’kundizzjoni kritika. Dan ikkonfermah il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy fuq il-pjattaforma X.
Is-sindku ta’ Lviv, Andriy Sadovyi, qal li l-belt esperjenzat l-aktar attakk sever tagħha minn meta bdiet il-gwerra. Diversi bini residenzjali, vetturi, u anke kindergarten ġarrbu ħsara. Tifel ta’ 11-il sena kien fost dawk midruba.
Il-Forzi tal-Ajru tal-Ukrajna rrappurtat li ġew interċettati 319-il drone u 25 missila, filwaqt li 258 drones ġew newtralizzati wkoll.
Il-President Zelenskyy tenna li “Il-gwerra tista’ ‘titwaqqaf biss permezz ta’ saħħa.” Huwa ħeġġeġ anke lill-alleati sabiex jaġixxu malajr.