Investigazzjoni preliminari dwar it-tiġrif tat-12 ta’ Ġunju ta’ Boeing 787-8 Dreamliner tal-Air India f’Ahmedabad żvelat kif sekondi wara li kien telaq l-ajruplan, żewġ switches li jikkontrollaw il-fjuwil tal-magna, b’mod misterjuż intfew. Dan l-inċident wassal għall-mewt ta’ 229 persuna.
Il-Bureau tal-Investigazzjoni tal-Inċidenti tal-Ajruplani (AAIB) fl-Indja, indika li l-ajruplan, li kien sejjer lejn Londra b’230 passiġġier, sofra ħsara kbira fil-magna ftit biss wara li telaq ħalla r-runway. L-uniku wieħed li salva, għadu f’qagħda kritika.
Skont ir-rapport, hekk kif l-ajruplan laħaq veloċità ta’ 180 knots, kemm is-switches tal-fjuwil tal-ewwel magna kif ukoll tat-tieni magna inqalbu minn “RUN” għal “CUTOFF” f’medda ta’ sekonda. Din l-azzjoni, tipikament użata biex titfi l-magni fuq l-art jew waqt emerġenzi, ikkawżat li l-ajruplan jitlef il-kontroll ftit wara li telaq
L-ajruplan baqgħa fl-ajru għal madwar 30 sekonda qabel ma ġġarraf hostel fejn kienu joqodu tobba u mediċi. Ir-rapport ma ddikjarax kif jew għaliex dawn intfew u ma għamel l-ebda rakkomandazzjoni immedjata għal Boeing, il-manifattur tal-ajruplanAir India qalet li qed tikkoopera bis-sħiħ mal-investigazzjoni li għaddejja.
Fi stqarrija, il-linja tal-ajru qalet li, Air India qed taħdem mill-qrib mal-partijiet interessati, inklużi r-regolaturi.