Futbol Sport

Andy Carroll jiffirma ma’ klabb fis-sitt diviżjoni Ingliża

Andy Carroll iffirma ma' Dag & Red FC, klabb fis-sitt diviżjoni Ingliża
Andy Carroll iffirma ma' Dag & Red FC, klabb fis-sitt diviżjoni Ingliża

L-eks plejer internazzjonali Ingliż, l-attakkant ta’ 36 sena Andy Carroll reġa’ issorprenda lil kulħadd fil-kampanja akkwisti meta il-bieraħ is-Sibt, sar magħruf li għażel li jiffirma ma’ Dag & Red FC, klabb fis-sitt livelll ta’ futbol fl-Ingilterra, fil-National League South.

Hu mifhum li Carroll iffirma kuntratt ta’ tliet snin, minkejja l-etá ta’ veteran, wara li x-xahar li għadda temm l-esperjenza tiegħu ma’ Bordeaux fir-raba’ diviżjoni Franċiza. F’staġun wieħed, Carroll, eks plejer ta’ Newcastle United, Liverpool u West Ham United, lagħab 21 darba għal Bordeaux u skorja 11-il gowl.

Hu għażel li jwaqqaf il-kuntratt tiegħu minn mal-klabb Franċiż biex ikun eqreb ta’ uliedu.

F’intervista li Carroll ta lil Sky Sports, l-attakkant Ingliż qabel aċċetta li jifirma ma’ Dag & Red FC fis-sitt diviżjoni Ingliża, hu kellu klabbs oħra li esprimew interess fiħ minn Kampjonati f’livell għola, iżda l-prijoritá tiegħu meta ġie biex jieħu d-deċiżjoni finali kienet li jiffirma ma’ tim li jkun konvinjenti għaliħ minn diversi aspetti.

Carroll saħaq li ma jimpurtax il-livell ta’ futbol fejn se jkun qed jilgħab, iżda l-importanti għaliħ fl-aħħar mill-aħħar kien li jilgħab il-futbol  Hu żied jgħid “”li niġi hawn u nuri lin-nies li qed nilgħab biss għall-imħabba tal-futbol, aktar milli għall-flus u l-livell huwa xi ħaġa li ridt nagħmel.”

Carroll spjega l-ambizzjoni li għandu ma’ Dag & Red FC dik li jgħinhom joħorġu minn klabb tan-non-League fl-Ingilterra.

Interessanti l-fatt li fl-istess ġurnata li Carroll issieħeb m’ dan il-klabb fis-sitt diviżjoni Ingliża, Dag & Red FC ħabbru wkoll ftehim biex ibigħu l-klabb lil konsorzju ta’ investituri privati mill-Qatar.

Id-daggers kienu inxtraw minn klabb underdog, sussidjarja tal-kumpanija bbażata fl-Istati Uniti North Six Group, f ’Mejju tal-2024.