Anzjan tilef ħajtu wara li waqa’ madwar erba’ sulari.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-04:00 fi Vjal il-Bon Pastur, Ħal Balzan meta għal xi raġuni raġel ta’ 81 sena, waqa’ madwar 4 sulari fil-bitħa ta’ taħt ir-residenza tiegħu.
Fil-post issejjaħ tim mediku iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>