Bank Armen, Ardshinbank, uffiċjalment issottometta l-offerta tiegħu sabiex jieħu f’idejh l-operat ta’ HSBC Malta.
Ardshinbank hija waħda mill-akbar kumpaniji bankarji fl-Armenja – bil-kumpanija topera mal-71 uffiċju madwar l-Armenja kollha. Dan apparti li għas-sena l-għaddiet Ardishbank għamel profitt ta’ madwar 290 miljun ewro.
Skont rapporti jidher ukoll li l-propjetari tal-istess kumpanija għandhom relazzjoni mill-qrib mar-Russja. B’sorsi jgħidu li hemm ukoll rabtiet b’saħħithom fejn jidhol is-servizz finanzjarju.
L-kumpanijja msemmija diġà ħadet f’idejha l-operat ta’ HSBC fl-Armenja – U issa ser tkun wkoll fiċ-ċans li tieħu l-operat Malti wkoll.
Intant l-operaturi l-ġodda ta’ HSBC Malta jridu jgħaddu minn proċess legali u regolatorju sabiex ikunu konformi mal-Bank Ċentrali Ewropew.
Karen Safaryan, il-propjetarju u fundatur tal-kumpanija kien saħaq ukoll li ilu li nnegozzja ma’ kumpanijji Russi u li dan in-negozju qed jibqa’ jiġi msemmi sabiex issir ħsara lill-operaturi tal-Bank Armen.
Intant jidher li s’issa din hija l-unika kumpanijja li ssottomettit l-offerta uffiċjali tagħha għax-xiri ta’ HSBC Malta.
//= $special ?>